Kwadretti minn Gziritna

 

Kwadretti minn Gziritna hija t-tieni esibizzjoni solo ta’ pittura ‘li qieghed itella’ l-artist zaghzugh Naxxari, Cedric Galea Pirotta.

F’din l-esibizzjoni, Cedric, jehodna mawra madwar pajjizna w jinterpreta kwadretti ta’ dettalji li jolqtu l-ghajn: minn swar majestuzi sa dettallji mil-vicin bhal dak ta’ lukkett ta’ bieb ta’ remissa. 

L-artist dejjem jifli u jistudja dak li jinsab madwaru. Ifittex dak l-angolu jew mument partikolari u jigbed serje ta’ ritratti biex wara, juzhom ghas-suggett tal-inkwadru li jkun diga fassal f’mohhu. Ghalkemm Cedric dejjem ikun lest bil-camera fuqu, hafna drabi jerga’ jzur l-istess lok f’hinijiet differenti tal-gurnata, jew sahansitra waqt staguni differenti sabiex il-kuntrast u bilanc bejn dellijiet u dawl ikun wiehed mill-ahjar. 

L-arti qieghda go demmu, u ghalkemm ma’ tghallem ipingi imkien, Cedric uza diversi media, bhal ma nghidu ahna zejt u akrilici, sa biex jesprimi ruhu, izda jhossu l-aktar komdu li jesprimi l-arti permezz tal-pinna, linka u akwarelli. L-istudju li kien wettaq snin ilu fl-Inginjerija, Technical Drawing u Graphic Design jidhru bic-car fit-teknika ta’ l-uzu tal-pinna fit-tpingijjiet tieghu.

“Inhoss illi l-pinna hija prattika hafna: ix-xoghhol jinxef mil-ewwel, u nevita ‘li noqghod nahsel pniezel u paletti fis-sighat bikrin ta’ fil-ghodu! Madankollu, nistqarr illi ghandha nuqqas kbir: jekk tizballja m’hemmx mahfra.”

Minbarra daqqiet u linji bill-pinna; l-uzu ta’ linka, akwarelli u drabi ohra anka l-uzu tal-airbrush jintuzaw sabiex jghinu u jzidu l-fond fil-kwadru.

Cedric kellu l-ewwel esibizzjoni solo fl-2005 bl-isem ta’ Stoneworks illi ittellghat fil-Corinthia Palace Hotel Attard. Tul dawn l-ahhar snin ,ha sehem f’ diversi esibizzjonieijet kollettivi fosthom: fil-Kavallier ta’ San Gakbu, fil-Lukanda Vivaldi, Gallery Last Touch, Ir-Razzett l-Antik, il-Kunsill Lokali tan-Naxxar u ghadd ta’ postijiet ohra madwar gziritna. Prints b’numru limitat gew ukoll kommissjonati biex jintbghatu lil hinn minn xtutna. 

L-esibizzjoni Kwadretti minn Gziritna se tkun miftuha ghall-pubbliku mill-Hadd, 5 ta’ Marzu 2006 sal Gimgha 17 ta’ Marzu 2006 fil-Corinthia Palace Hotel, Attard.

Aktar informazzjoni fuq ix-xogholijiet u l-avvenimenti ta’ dan l-artist jinsabu fuq il-website www.cgp71.com jew e-mail artinfo@cgp71.com

 

Featured paintings:
Bjut tal-Birgu

Il-Kartell

L-Ghajn tas-Saqqajja